L-aħħar ċelebrazzjonijiet tal-gradwazzjoni għadhom għaddejjin u llum kien imiss lil Dean Rossi, li jiġi ħu Valentina. Il-familja kollha tinsab ferħana bis-suċċess li kiseb, u mill-istories li tefgħet fuq Instagram Valentina, bdew jiċċelebraw fil-karozza bid-daqq tal-mużika minn xħin kienu fi triqthom. 

Valentina tefgħet diversi ritratti oħra u filmati qosra ta' Dean biex tawguralu fuq il-midja soċjali. Fuq Facebook Valentina kitbitlu, "Kburin bil-gradwat tagħna." Xeħtet anke ritratt tal-okkażjoni flimkien ma' ommha u ħuha liebes it-toga.

Awguri mill-qalb Dean!


Kyle Zarb