Illum tiċċelebra għeluq sninha omm il-kantant Glen Vella u f'dan il-jum hu kiteb messaġġ lill-għażiża ommu filwaqt li qasam filmat qasir tagħhom flimkien. Hu beda billi qal, "L-isbaħ mara tad-dinja u l-univers għandha l-Birthday."

Imbagħad kompla, "Kemm int sabiħa. Kemm int ġenwina. Kemm għandek qalbek kbira. Kemm taf tħobb bla ebda kundizzjoni. Kemm int tolleranti. Kemm int ċajtiera. Kemm int ġeneruża. Kemm int ħabrieka. Kemm int koka tajba. Kemm int tal-ġenn. Unika. Kemm jien ixxurtjat li inti ommi! Inħobbok bla qies għażiża tiegħi. Awguri."

Aħna f'isem it-tim ta' Gwida.mt, nawguraw lill-għażiża ommu Martina l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollha ġurnata mimlija b'dak kollu li tixtieq qalbha!


Emil Calleja Bayliss