Il-kunsillier Jerome Caruana Chilia sellem il-memorja Dr. George Hyzler, fil-11-il sena mill-mewt tiegħu.

Kulħadd kien jafu bħala tabib b'qalb tad-deheb u kien jaħdem mal-klijenti u pazjenti b'dedikazzjoni. 

"GRAZZI tal-ħidma tiegħek fostna l-Qriema, kemm bħala tabib, kif ukoll fil-Parlament bħala rappreżentant ta' dan id-distrett u bħala membru tal-kabinett. GRAZZI ta' dak kollu li għamilt f'Ħal Qormi. Umli, kariżmatiku, ħabrieki u dejjem man-nies. Inti ta' eżempju għalina lkoll."

Kompli strieħ fis-sliem Dr. Hyzler.


Kyle Zarb