L-aħwa Annalise u Alison Ellul, żeffiena u kantanti b’talent magħruf ma’ gżiritna kollha, jumejn ilu kellhom ġurnata ferm sentimentali. Dan għaliex it-tfal tagħhom Hailey u Jenny, kellhom prestazzjoni flimkien għall-ewwel darba.


Jenny, it-tifla ta' Alison, ħadet l-irwol ta’ kantanta filwaqt li t-tifla ta' Annalise, Hailey, żifnet ma’ leħen kuġinitha. Verament urew talent mill-aqwa. Kemm hi xi ħaġa sabiħa li dawn il-kuġini qed ikomplu fuq il-passi ta’ ommijiethom.


Il-palk kien imdawwal il-ġmiel tiegħu bi dwal li kkumplimentaw il-kant u ż-żfin li kien qed iseħħ. Min jaf kemm kienu kburin Annalise u Alison Ellul jaraw lit-tfajliet tagħhom f’din il-wirja flimkien.


Prosit ħafna lil kull min kien involut, żgur se tkun ġurnata li se tibqa’ mnaqqxa f’qalbhom għal ħajjithom kollha!

Facebook/ Annalise Dance Studio


Gabriella Borg