L-attur lokali Rudy Emmanuel Catania għadu kemm kiseb suċċess fil-karriera tiegħu wara ħafna studju u ħidma, hekk kif uffiċjalment ser jigradwa bħala avukat. Hu temm b'suċċess il-kors flimkien mal-għażiża oħtu.
Mument speċjali immens fejn ser jigradwaw aħwa flimkien.
"Uffiċjalment Avukat! L-ewwelnett il-gratitudni tiegħi tmur lejn il-ġenituri tiegħi Martin Catania u Dorothy Catania li dejjem jagħmlu minn kollox sabiex jarawni nirnexxi. Inħobbkom it-tnejn. Irrid nifraħ lil oħti li saret ukoll avukat, nirringrazzjaha wkoll talli dejjem kienet hemm tul dan il-vjaġġ iebes ħafna. Grazzi Dr Charmaine Catania."
Missierhom l-attur Martin Catania wkoll kiteb messaġġ fejn esprima kemm hu kburi b'Rudy u Charmaine li temmew il-kors tagħhom b'suċċess u huma se jkunu issa avukati.
Nifirħulkom Rudy u Charmaine, u Prosit kbira! Nawgurawlkom aktar suċċessi!
Facebook/ Martin Catania