Huwa l-1 ta’ Ottubru u uhud miż-Żebra Crossings ta’ Malta saru roża fi sforz biex titqajjem kuxjenza dwar Pink October-Movember, il-kampanja fuq livell nazzjonali li tqajjem kuxjenza dwar l-aktar kanċer komuni tan-nisa u l-irġiel.
Zebras Go Pink bdiet dalgħodu b’mixja simbolika tul iż-zebra crossing roża u abjad li għadha kif ġiet miżbugħa fuq it-taraġ tal-promenade ta’ Bormla . Il-mixja simbolika tmexxiet miċ-Chairperson u Kap tal-Kampanja Michelle Muscat, il-Kap Eżekuttiv ta’ Transport Malta Kurt Farrugia u s-Sur Michael Cohen u Sindki tal-Isla, Bormla, il-Birgu, u l-Kalkara.
Fi stqarrija, Michelle Muscat tenniet l-importanza ta’ din il-kampanja edukattiva li għandha l-għan li timpenja ruħha u teduka lill-pubbliku dwar il-ħtieġa li jiċċekkja lilu nnifsu, dwar IL-KIF jiċċekkja lilu innfsu sew, jagħmel l-iscreenings u t-testijiet meħtieġa u jiffaċċja l-biża’ li ħafna drabi tipprevjeni milli jiġu djanjostikati fil-ħin.
Pink Oct- Mov '24 qed jiffoka fuq 3 kanċer tan-nisa, tas-sider, tal-ovarji u ċervikali u fuq 2 kanċers komuni ta' l-irġiel: testikolari u tal-prostata. Il-kampanja tal-2024 hija ispirata mill-idea li dak li jkun issib is-setgħa ġewwa fih biex jimxi 'l quddiem ghal pass li jmiss b'mod pożittiv.
Jekk tixtieq tappoġġja Pink Oct – Mov’24 jekk jogħġbok żur il-paġna ta’ Facebook jew Instagram ta’ Pink Oct Mov jew is-sit elettroniku https://pinkoctobermovember.mt malta biex titgħallem aktar dwar l-avvenimenti tagħna dan ix-xahar jew tagħti donazzjoni fuq in-numri hawn taħt.
- Donazzjonijiet SMS 50619238 għal €11.65
- ĊEMPLU Donazzjonijiet 51702052 €15 51802053 €25
- MOBILE PAY numru 99912373 għal ammonti sa €500