Is-sensiela Ta' Gerit kisbet popolarità liema bħalha mat-telespettaturi ta' TVM, tant li s'issa rajna żewġ staġuni ta' din is-sensiela u żgur kulħadd kurjuż jekk din is-sensiela hux se tkompli għaddejja.
Milli jidher hemm aħbar tajba għat-telespettaturi. Dan għaliex fuq il-paġna uffiċjali Ta' Gerit, fi tmiem it-tieni staġun it-tim kiteb hekk, "U t-tieni staġun wasal fi tmiemu... Grazzi tal-imħabba tagħkom, dejjem kontu hemm magħna u ma nixbgħu qatt nirringrazzjawkom... sa ma nerġgħu niltaqgħu.. nixtiqulkom sajf mill-aqwa."
Żgur li kulħadd kurjuż ta' kif se jkomplu jiżvolġu l-karattri li tista' tgħid daħlu fil-qalb ta' dawk kollha li jsegwu din is-sensiela. F'isem it-tim ta' Gwida.mt nawguraw lit-tim aktar suċċess.