Sfortunatament, illum il-ġurnata Ramiro Mallia m'għadux fostna hekk kif ftit snin ilu kien tilef ħajtu wara inċident sfortunat fl-età tenera ta' 19-il sena.
Ramiro kien magħruf sew għall-ħidma tiegħu b'risq dawk li jbatu minn xi forma ta' kundizzjoni hekk kif anke hu kien għadda minn esperjenza ta' leukemia meta kellu biss sentejn.
Issa ħu Ramiro, Thiago, sa jkun qiegħed jingħaqad flimkien ma' sħabu sabiex jorganizzaw attività filantropika fi ħdan il-Malta Community Chest Fund.
Fil-fatt, il-preżentatriċi u ġurnalista Maria La Barokka Muscat ħabbret li ħu Ramiro sa jkun qed iniedi car wash.
Din l-attività mistennija sseħħ fl-14 ta' Diċembru fi Triq il-Wied ġewwa Ħal Qormi mit-8am sas-2pm, bil-preżentatriċi tappella sabiex kulħadd juri solidarjetà.
Prosit tassew!