Aħbar li żgur ħafna ħa jieħdu gost biha u li kienu qed jistennew. L-aħbarijiet ta' nofsinhar illum inqraw minn Mara Muscat, magħrufa aħjar bħala La Barokka.

Kienu ħafna li talbu li jaraw lil Maria Muscat fi tmun tal-aħbarijiet. Numru ta' nies kienu saħansitra kritikaw pubblikament lil Television Malta, inkluż Peppi Azzopardi, li mhux qed jagħtiha spazju minħabba d-dehra tagħha.

Iżda inbidel illum, "U llum bdejna naqraw l-aħbarijiet ta' nofsinhar fuq Television Malta. Grazzi lil Norma M Saliba tal-fiduċja. Grazzi lil Shasha Fabri għall-irtokk u dehra ġenerali. Grazzi lid-direttur Godfrey Smith lit-tekniċi u operators."

Prosit Maria! Nittamaw li narawk aktar għax verament kapaċi!


Emil Calleja Bayliss