Ilbieraħ kien jum speċjali għal Indri u martu Analise għax flimkien iċċelebraw l-14-il sena minn meta qalu iva lil xulxin. Indri, preżentatur fuq NET FM u attur lokali qasam ritratt minn dik il-ġurnata tant speċjali u miegħu xeħet erba' versi mill-kanzunetta Fis-Sewwa Jew Fid-Dnewwa ta' Enzo Gusman.

Indri għażel proprju kanzunetta ta' mħabba sabiex jiddedika lill-għażiż martu. Aħna f'isem it-tim kollu ta' Gwida.mt nawguraw lil Indri u lil Analise l-isbaħ xewqat u nixtiqulhom ħafna aktar snin mimlija hena u kuntentizza flimkien. Awguri!

Facebook / Indri Attard


Emil Calleja Bayliss