Għadu kif ħareġ avviż indirizzat b'mod speċjali lil dawk li għandhom dgħajsa u bi ħsiebhom joħorġu xi dawra fuq il-baħar. Fil-fatt il-paġna Aġġornament Tat-Temp ħarġet twissija ta' riħ qawwi forza 5.
Bejn nhar l-Erbgħa fl-22:00 u l-Ħamis fis-01:00 ta' filgħodu, se jkun hemm riħ qawwi mill-Majjistral. Dan jonqos kompletament għal forza 3 aktar tard il-Ħamis bil-lejl.
Skont il-paġna l-possibilità li r-riħ jilħaq din il-qawwa hi ta' 60%.
Leon Joannes Ooms