Il-grupp popolari tal-kayaking Get Out and Kayak (GOAK) ħarġu twissija pubblika dwar is-sigurtà rigward l-arkata ikonika fil-Munxar, u wissew lin-nies biex joqogħdu ‘l bogħod minnha.

L-appell huwa wieħed importanti minħabba l-kundizzjoni tagħha li dejjem qed issir aktar instabbli. Kitbu stqarrija fuq il-midja soċjali, "biċċiet kbar minnha diġà waqgħu u qed jidhru xquq vertikali profondi. Fl-opinjoni tagħna, dan il-wirt naturali tinsab f'riskju ta’ kollass totali."

Ikomplu, "Taqdfux taħt l-arkata... Gawduha minn distanza sigura... ipproteġu lilkom infuskom." Xerrdu ritratt li juri r-riskju li qed jinfurmaw lill-pubbliku dwaru.


Kyle Zarb