Kellna twissijiet ta' kull tip u kien hemm pajjiżi li wkoll mexxewna minn żona għall-oħra iżda din id-darba t-twissja li ħarġet mhux relatata mal-Covid-19, iżda max-xemx. Il-paġna tat-tbassir tat-Temp tal-Ajruport Internazzjonali ta' Malta, li tistgħu taraw billi tidħlu HAWN, ħarġet notifika importanti, bi twissija safra minħabba li t-temperatura bdiet tiela' 'l fuq.

It-temperatura massima llum hija mistennija tilħaq 34 grad, iżda se tħossha saħansitra aktar sħuna. Fil-fatt, it-temperatura apparenti tal-lum hija prevista biex tkun għolja daqs 37 grad u dan lanqas biss huwa l-ogħla li se tinħass d'dawn il-jiem. Mela x'inhu ġej għalina?

Hu stabbilit li t-temperaturi ħa jinħassu mill-inqas 38 grad nhar is-Sibt u simili wkoll nhar il-Ħadd. Dawn ħa jinħassu daqshekk sħan minħabba l-fatt li anqas ftit riħ mhu ħa jkollna f'dawn il-jiem.

Kif rajna s-sħana ma toqtolx lil dan il-virus, jiġifieri dawk kollha li ħa jiddeċiedu li joħorġu u jmorru ftit il-baħar jew postijiet pubbliċi oħra forsi biex jiffriskaw ftit iżommu 'l bogħod minn nies.


Emil Calleja Bayliss