Ħobbhom jew obgħodhom, il-murtali huma parti mil-kultura Maltija. Sajf wara sajf sikwit tisma’ dibattiti fuq il-midja soċjali – min igerger għax l-annimali jew nies b’xi kundizzjoni qed jiġu affetwati bil-ħsejjes tal-murtali, u min jitpaxxa bl-ispettaklu tagħhom.
Riċentament, turista mil-Lvant Nofsani, iffilmjat ir-reazzjoni tagħha mal-ħsejjes ta’ dawn il-bombi fejn qalet li qed ifakkruha fil-bombi li semgħet f’pajjiża. Din it-turista ġiet mil-Libanu, u kif persważ li bosta jafu, bħalissa għaddejjin bosta attakki fuq l-istess pajjiż.
It-turista staqsiet lill-persuna mil-lokal dwar xi jfissru dawn il-murtali, li matul il-ġurnata tismagħhom biss. Din qaltilha li għandha l-ġimgħa kollha hekk, hekk kif bħalissa hemm il-festa tar-raħal.
It-turista fl-ebda ħin ma gergret kontra l-kultura Maltija, sempliċiment kitbet “il-kanuni ta’ ċelebrazzjoni għandhom tifsira differenti meta tkun mil-Lvant Nofsani. Ma nistax nibqa’ Malta, skużawni.”
@morissaa RUN! #malta #valletta #malta🇲🇹 ♬ original sound – morissa