Fil-5 ta' Novembru jaħbat il-Jum Dinji tat-Tsunami. Avvenimenti xejn tajbin u li joħolqu biża' u paniku kbir fil-postijiet fejn iseħħ.

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, l-Università ta’ Malta u ċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (Kummissjoni Ewropea), flimkien mal-Kunsill Lokali ta' Marsaxlokk, se jwettqu eżerċizzju simulat immirat biex iżid it-tħejjija u l-għarfien tat-tsunami.

L-eżerċizzju se jittestja l-komunikazzjoni, jirrevedi l-proċeduri operattivi ta' livell standard, u jippromwovi t-tħejjija għall-emerġenzi li jistgħu jinqalgħu. Bħalissa qed iżuru Marsaxlokk, ħdejn il-knisja parrokkjali, fi tmiem il-ġimgħa (Sibt 18: 00-20: 00 u ĦAdd 08: 00-12: 00) biex jinfurmaw lill-pubbliku dwar l-eżerċizzju li se jsir ġimgħatejn oħra.


Kyle Zarb