Trikki Trakki hu festival tat-tfal li jsir ta' kull sena! Festival li jgħaqqad it-talenti ta' dawn it-tfal u joffrilhom pjattaforma mill-aqwa.Trikki Trakki infatti din is-sena dieħel għar-raba' edizzjoni tiegħu!

Ritratt: Facebook / Teatru Malta

Il-festival popolari se jirritorna u se jara li l-istudenti li japplikaw ikollhom iċ-ċans li jaħdmu ma’ diretturi ewlenin tat-teatru biex jipproduċu adattamenti ġodda ta’ klassiċi popolari tat-teatru.

It-tim wara dan il-festival jixtiequ li din is-sena jiskopru talent ġodda. Allura dawk li huma mħajra japplikaw xi jridu jagħmlu eżatt? Faċli, hemm ħames affarijiet li int trid iżomm f'moħħok li ħa ssibhom hawn taħt!

  • Afgħas HAWN sabiex taqra d-dettalji

  • Għażel monologu

  • Aqbad il-mobile u rrekordja dan il-monologu

  • Ibgħat l-applikazzjoni tiegħek fuq [email protected] jew fuq 99063089

  • Ara li tibgħat kollox sat-8 ta' Jannar

Jekk wieħed jidħol HAWN jista' jsib id-dettalji kollha ta' wieħed x'għandu bżonn! Fuq dan il-link għandek id-dettalji kollha kif wieħed għandu japplika. Mela x'qed tistennew?

Ritratt: Facebook / Teatru Malta

Ħaffu għax ma tantx fadal żmien u nafu fiċ-ċert li t-tim wara dan il-festival jinsab anzjuż sabiex jara bosta minnkom tieħdu sehem f'dan il-festival prestiġġjuż.

Facebook / Trikki Trakki


Emil Calleja Bayliss