Claire Azzopardi kienet waħda mill-mistiedna ta' Kevin Mercieca fuq Distintivi ta' din il-ġimgħa fejn hi tkellmet fuq l-isport u d-dedikazzjoni li wieħed ikollu bżonn. Claire tispjega kif tqassam il-ġurnata impenjattiva tagħha u tgħid li d-determinazzjoni hi li żżommha għaddejja.

Claire kellha x-xorti li tirrappreżenta lil pajjiżna barra minn xtutna wkoll. Unur mill-isbaħ! Barra l-isport li tipprattika, Claire hija wkoll studenta u għaddejja bl-istudji tagħha, barra l-fatt li tgħallem il-ġimnastika. Ħajja impenjattiva iżda turi li jekk int ikollok passjoni lejn xi ħaġa jew oħra ħa ssib il-ħin tagħmilha u tiddedika biżżejjed ħin.

Hi tistqarr li mhux l-ewwel darba li kellha tissagrifika ċertu ħruġ biex ma tkunx għajjiena għat-taħriġ tagħha. Aħna nistidnukom tidħlu ssegwu dan il-filmat ħa tiskopru aktar dwar id-diskussjoni ta' din il-ġimgħa.


Emil Calleja Bayliss