Joe Demicoli qasam żewġ ritratti fuq il-mezzi soċjali, żewġ ritratt li tista' tgħid iħalluk bla kliem. Joe Demicoli kiteb, "Trid tara biex temmen (dawn inqassamhom b'xejn)". Aħna ma nistgħux nagħtuh aktar raġun milli dak li qal.

Kull min jaf lil Joe, jaf li jqassam il-cassettes ta' Banana Republic b'xejn. Lura f'Marzu xi ħadd għamel kuntatt miegħu għal kaxxa ta' dawn il-cassettes. Joe, bla ma staqsa għaliex jidher li għadda dawn il-cassettes lil din il-persuna. Cassettes li tahom bla flus.

Issa riċentament jiltaqa' ma' dawn il-cassettes għall-bejgħ fuq Facebook. Ara kemm qegħdin sew!


Emil Calleja Bayliss