Fuq il-paġna ta' Facebook tagħhom F Living Channel ħabbru, "F Living se jwassal trasmissjoni speċjali fl-okkażjoni tal-funeral tar-Reġina Eliżabetta nhar it-Tnejn 19 ta' Settembru bejn nofsinhar u l-17:00 ta' filgħaxija. Filmati live, oħrajn mil-istorja, rakkonti, tifkiriet u mistednin fl-istudjo sabiex insellmu l-memorja tal-iktar reġina li damet fuq t-tron."

Huma jgħidu, "Il-Ħadd 11 ta' Settembru 2022 nistgħu ngħidu li waslet fi tmiemha era li kienet għaddejja sebgħin sena; l-era tar-Reġina Eliżabetta t-tieni. Imwielda fl-1926, u nkurunata fl-1953, ir-Reġina Eliżabetta, jew Lilybeth, kif kien il-laqam tagħha ħalliet din id-dinja."

Huma jżidu, "Flimkien magħha iċċelebrajna l-ġubilew tal-fidda, deheb, platinu... bkejna t-telfa tal-prinċipessa Diana, tal-Prinċep Filippu żewġha...u issa, għalkemm bosta ma kienux lesti għaliha, niċċelebraw il-ħajja ta' din il-mara li serviet lil pajjiżha u pajjiżi oħra tal-Commonwealth għal dan iż-żmien kollu."

Ġest mill-isbaħ mill-istazzjon u ċertament li ħafna Maltin huma ħerqana biex isegwu dan il-funeral li mistenni jiswa madwar €9,000,000.

Facebook / The Royal Family


Emil Calleja Bayliss