Illejla, ħafna nies irrappurtaw ammont kbir ta’ traffiku wieqaf fl-inħawi ta’ Buġibba u tal-Qawra.

Hemm ċans kbir li dan it-traffiku kollu ġie kkawżat wara li spiċċa l-Air Show li ukoll kien f’dawk l-inħawi. Għal dan l-Air Show inġabru ħafna persuni kemm Maltin, u anke barranin biex jaraw l-ispettaklu tal-ajruplani sbieħ.

Meta spiċċa kollox u kulħadd kien sejjer lura d-dar, kulħadd inqabad f’dan it-traffiku wieqaf li ħa ħin twil biex jibda jimxi sew.

Intom inzertajtuh dan it-traffiku?


Shanice Ahar