Jackie Bartolo, l-attriċi li kienet tieħu sehem fil-programm popolari Mini Bugz illum tiċċelebra għeluq sninha. Toni Busuttil għadda l-awguri tiegħu, f'ismu, f'isem Griz u Minnie wkoll! Kitbilha messaġġ tassew ħelu!

Ritratt: Facebook / Toni Busuttil

"Illum f'għeluq sninek nixtieq inwassal l-awguri tiegħi f'isem il-ħbieb sufin tagħna lilek Jackie Bartolo, int mhux biss kont kollega tal-ġenn, imma ħabiba, u kif taf ukoll sirna bħal familja. Min qalbi nawguralek ħafna saħħa, ferħ, u ħafna aktar snin ħalli forsi nerġgħu naħdmu xi proġett ġdid flimkien. Ibqa' kif int u tinbidel qatt, dik il-qalb tad-deheb li għandek u l-kariżma li toffri jagħmluk persuna unika."

Toni sempliċiment itemm il-messaġġ tiegħu: "Awguri minn għandna lkoll." Ħafna bħali żgur li Jackiet bħala l-fairy f'Mini Bugz iġeddilhom ħafna u ħafna memorji tat-tfulija. Aħna ningħadu ma' Tony, Griz u Minnie sabiex nawguraw lil Jackie l-isbaħ xewqat f'dan il-jum għażiż.

Facebook/ Jackie Bartolo


Emil Calleja Bayliss