Il-preżentatriċi Elaine Sammut ilbieraħ ixxandar l-ewwel programm tagħha Nisa Ta' Suċċess. Il-mistiedna li kellha kienet Maria La Barokka Muscat, personalità li żgur mhux forsi ħafna telespettaturi ħadu gost biha. 

Elaine tefgħet messaġġ ta' ringrazzjament fuq il-profil tagħha dwar ir-rispons pożittiv għall-aħħar li rċeviet mill-pubbliku wara l-ewwel programm tal-bieraħ. "Dan huwa togħma żgħira mir-rispons enormi  li rċevejt wara  l-ewwel programm Nisa Ta' Suċċess. Nirringrazzja wkoll lil dawk kollha li bagħtuli messaġġ privat fuq il-paġna. Ser nirrispondi lil kulħadd għax hemm ħafna. Dalwaqt inkompli nwieġeb. Grazzi tas-suġġerimenti tagħkom u tal-kumplimenti ferm sbieħ."

Fil-fatt il-preżentatriċi qasmet diversi ritratti ta' uħud mill-ħafna messaġġi u kummenti li rċeviet dwar il-programm tagħha. Għadd ta' telespettaturi ssuġġerewlha liema personalitajiet jixtiequ li jaraw waqt il-programm. Uħud qablu dwar l-istess waħda!

Prosit Elaine minn qalbna u nawgurawlek aktar suċċessi!


Kyle Zarb