Fuq il-paġna uffiċjali t-tim ta' Palazzo Parisio sfortunatament ħabbru l-mewt tas-sid, Baronessa Christianne Ramsay Scicluna. Huwa kitbu messaġġ għaliha sentimentali u semmew fost il-karatteristiċi mill-aqwa li kellha.

Huma kitbu, "B'qalb maqsuma qed inħabbru l-mewt tal-għażiża Baronessa tagħna - il-gwida tagħna, l-ispirazzjoni tagħna u l -qalb u r-ruħ tal-Palazzo." Xerrdu anke wieħed mill-isbaħ ritratti li tant kellha għal qalbha il-Baronessa.

Strieħ fis-sliem Baronessa Ramsay Scicluna. Kondoljanzi lill-familjari, kollegi u t-tim kollu tagħha.


Kyle Zarb