Skont is-sezzjoni tal-ippjanar tal-qtugħ tad-dawl tal-Enemalta fuq is-sit tagħhom qal li partijiet minn dawn id-disa’ lokalitajiet se jkunu qed jesperjenzaw xi qtugħ tad-dawl skedat għal għada. Primarjament għada l-Erbgħa 20 sal-Ħamis 21 ta' Jannar. Il-ħinijiet ivarjaw, bix-xogħlijiet kollha jibdew filgħodu u jdumu ftit sigħat jew jiġġebbdu wara nofsinhar, b'uħud minnhom ikomplu saħansitra mal-lejl.

Hawn huma l-lokalitajiet!

  • Il-Belt Valletta bejn il-4:30 u t-8:30
  • Is-Siġġiewi bejn it-8:00 u t-15:00
  • Iż-Żejtun bejn it-8:00 u l-16:00
  • Ħal Għaxaq bejn id-9.00 u s-13:00
  • Il-Gudja bejn id-9.00 u s-13:00
  • Il-Mosta bejn it-8:00 u s-14:00
  • Santa Venera bejn it-8:00 u s-14:00
  • Il-Marsa bejn l-22:00 u l-4:00

Ikklikkja HAWN biex tiċċekkja t-toroq speċifiċi li se jiġu affettwati. L-Enemalta għandha wkoll servizz ta’ twissija bl-SMS li jibgħat messaġġ b’informazzjoni dwar qtugħ tad-dawl fil-viċinanza lil kull min ikun abbonat. Tista' tirreġistra HAWN.


Emil Calleja Bayliss