Il-ġurnata tal-ewwel t'April hi waħda ta' ċajt għal ħafna nies, iżda għall-familja tal-kantant Għawdxi din il-ġurnata żgur li tirrapreżenta weġgħa kerha. Għoxrin sena ilu, proprju f'din il-ġurnata Joseph tilef lil ħuh l-għażiż.

Fuq il-profil ta' Facebook tiegħu Joseph ħalla dan il-messaġġ, "Kienet waħda mill-iktar ġurnata koroh għall-familja tagħna! Tlifna djamant u tlift lil ħija li kien l-aktar qrib tiegħi! Nibki kull sena meta jasal dan il-jum, imma naf li issa int qiegħed f'post aħjar."

Aħna f'isem Gwida.mt nfakkru u nsellmu l-memorja għażiża ta' ħu l-kantant. Ninsabu fiċ-ċert li ħuh qed iħares lejh kburi u jieħu gost jara dak kollu li qed jagħmel fil-karriera tiegħu.


Gwida.mt