Fuq facebook, Nicholas John Borg Bonaci fakkarna li bħal-lum tliet snin ilu f'pajjiżna daħlet il-liġi taż-żwieġijiet indaqs. "Kburi i pajjiżi dejjem mexa 'il quddiem, baqa' xi jsir imma dejjem immorru għall-aħjar!", kiteb Nicholas.
Ħeġġeġ lil dawk li forsi għadhom jibżgħu juru l-identità tagħhom biex joħorġu u jgħixu ħajjithom għaliex kif kiteb Nicholas, l-imħabba m'għandhiex sess, "int min int, kulħadd huwa ndaqs."
Grazzi ta' dan il-messaġġ sabiħ Nicholas li kapaċi jgħin lil ħafna li forsi għadhom jibżgħu jew ibatu.
Kif qalilna Nicholas: "Għannqu lil uliedkom, familjari, ħbieb... u uru rispett lejn kulħadd!"
Ritratt: Facebook/ Nicholas John Borg Bonaci