Mhux l-ewwel darba li f'Malta tqum xi kontroversja jew oħra, imma wieħed jistenna li fejn hemm l-imħabba din l-inqas ħaġa li għandha tinqala'. Madwar erba' snin ilu, din il-koppja spiċċat fiċ-ċentru ta' konroversja dan għaliex iċ-ċrieket tagħhom ġew imberkin minn qasis waqt l-għerusija.

Il-koppja llum qed tiċċelebra tliet snin minn meta għexet jum mill-isbaħ u mill-aktar ikkulurit kif tistgħu taraw fir-ritratti t'hawn hekk. Tista' tgħid li kien tieġ vera kbir fejn il-koppja Nicholas u Edward kellhom madwar 1400 persuna mistiedna għaċ-ċelebrazzjoni tagħhom. Numru kemxejn kbir.

Jekk qed taħsbu li dak in-numru kien kbir... it-tim tal-koppja li kellhom għaċ-ċerimonja kien wieħed enormi wkoll, bi 23 maid of honour, bi 18 il-groomsmen, 5 maidens, 8 page boys u 8 flower girls. Żgur li kellhom dawk l-aktar qrib tagħhom jiċċelebraw dan il-jum mill-aqwa fejn iċċelebraw l-imħabba tagħhom.

F'isem Gwida.mt nawguraw lil din il-koppja ħafna aktar snin ta' imħabba u saħħa flimkien hekk kif proprju lllum qed jiċċelebraw it-tielet sena minn dan il-famuż tieġ.


Emil Calleja Bayliss