Tliet seminaristi li jinsabu fil-5 sena tagħhom ta’ preparazzjoni fis-Seminarju tal-Arċisqof, issa waslu fil-fażi li jitolbu lill-Arċisqof Charles Scicluna sabiex jaċċettahom bħala kandidati għall-Ordinazzjoni Djakonali u Saċerdotali.

Din iċ-ċelebrazzjoni se ssir nhar il-Ħadd filgħodu fil-Konkatidral ta’ San Ġwann.

Ian Diacono, Gylan Camilleri u Clive Seychell ser jistqarru pubblikament ir-rieda tagħhom li joffru lilhom infushom lill-Knisja biex iservu bħala saċerdoti.


Maria  Desira