Programm ieħor li ser narawh fl-iskeda tax-xitwa huwa Tlaqna!, programm li ser jibda jsir mill-Ħadd sal-Ħamis fit-20:15 fuq Net Television u ser jiġi preżentat minn Dylon Brignano.

Tlaqna! se jkun programm ta’ għaxar minuti, fejn f’dan il-ħin qasir Dylon ser jiltaqa’ ma’ diversi personalitajiet Maltin differenti filwaqt li joħodhom dawra bil-karozza u magħhom ser jiddiskuti diversi suġġetti u mumenti varji fil-karriera tagħhom. Jista’ jkun ukoll li jinkixfu xi sigrieti miżmuma minn dawn il-personalitajiet.

Tgħid liema personalitajiet se nkunu qed naraw fuq dan il-programm Tlaqna! ?

Facebook / Dylon Brignano


Henzley  Bezzina