Meta tkun qed tuża l-midja soċjali huwa importanti li ma tieħux riskji żejda. Il-paġna tad-Dipartiment tal-Informazzjoni għadha kemm xerrdet tabella li tagħti xi pariri li jgħoddu għall-utenti kollha tal-midja soċjali.

Ibqa' sigur - qatt tagħti informazzjoni privata lil ħaddieħor. Tiltaqax ma' persuni li ma tkunx taf min huma u li kellimthom biss b'mod virtwali. Attent għal dak li jibagħtulek, tiftaħx kull fajl jew kontenut li jintbagħat lilek, inkluż ritratti, ittri elettroniċi, u messaġġi. Temminx dak kollu li jkun hemm miktub fuq il-midja soċjali u l-internet, dejjem ivverifika ma' sorsi kompetenti qabel. Meta ma tkunx komdu b'xi ħaġa warrab u tkellem dwarha.

Id-dipartiment iħeġġeġ lill-utenti kollha biex meta jsibu ruħhom f'diffikultà jew periklu fuq il-midja soċjali, importanti li jikkuntattjaw lis-Cyber Crime Unit minnufih. Is-Cyber Crime Unit tista' tiġi kkuntattjata bit-telefon fuq (+356) 2294 2231 jew fuq l-indirizz elettroniku [email protected] 

Moħħok hemm! 

Facebook/ Faith and Freedom Coalition


Kyle Zarb