Jumejn ilu kienet ġurnata sabiħa ħafna għall-kantant u tabib Gianluca Bezzina u l-familja tiegħu. Fuq il-profil ta’ Facebook tagħha, oħtu Samaria għadha kif ħabbret li fis-27 ta’ Novembru weldet tifel!

Dan ifisser li għall-ewwel darba, Gianluca sar ziju. Samaria u r-raġel tagħha Alan Borg iddeċiedu li jsemmu lit-tifel tagħhom Tommy.

It-tifel jidher li hu b’saħħtu u Samaria qalet li twieled fid-9:46am u li jiżen 2.87kg. “Aħna kuntenti ħafna li morna lura d-dar bħala familja ta’ tlieta.”

Għal min ma jafx, Samaria magħrufa bħala kantanta u żeffiena - hi kienet il-backing vocalist ta’ ħuha Gianluca meta kien fil-Eurovision.

View this post on Instagram

A post shared by Samaria Bezzina (@samariabezzina) on

Aħna f’isem it-tim tal-Gwida kollu nixtiequ nawguraw lil Samaria u lill-familja tagħha l-isbaħ xewqat f’dan iż-żmien tant speċjali. It-tfal iġibulna mħabba f’ħajjitna li ħadd mhu kapaċi jtina.

Facebook/Gianluca Bezzina


Nicole Barbara