L-Attur Mario Micallef kien fost dawk l-individwi li ħadmu mill-qrib mal-mibki Prof Oliver Friġġieri. Xtaq jiddedikalu messaġġ ta' ringrazzjament fejn semma bosta memorji mill-passat.

"Diversi drabi tellajt serati ad unur tiegħu, kif kien jixraqlu. L-aħħar waħda kienet fil-palazz tal-President, f'San Anton, taħt il-patroċinju tal-President innifsu, Dr. George Vella u s-Sinjura tiegħu. Ippreżentajt diversi xogħolijiet tiegħu, kemm fuq il-palk, kif ukoll fuq it-televiżjoni."

Miegħu kien qasam anke mumenti sbieħ fosthom meta Friġġieri kien irnexxa fl-aħħar biċċa xogħol li kellu. "Tkellimna għall-aħħar darba il-ġimgħa li għaddiet, permezz ta' email, peress li dan l-aħħar ma stajniex nikkomunikaw sew fuq it-telefone kif konna nagħmlu s-soltu. Fost affarijiet li tkellimna, ferħan qalli li għadhom kif ħarġulu tlett kotba oħra bi tlett lingwi differenti."

Ninsabu ċerti li Prof Friġġieri kien għadu u jibqa' kburi bit-talenti tiegħek Mario! 


Kyle Zarb