Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni addizzjonali li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmijin prodotti m’għandomx jiġu kkunsmati minħabba li nstab li fihom livelli elevati ta’ pestiċidi - Chlorpyrifos u Clothianidin.

Deskrizzjoni tal-prodott: Żrieragħ tal-Kemmun (sħaħ)

  • Isem tal-prodott fuq il-pakkett: Jeera Whole – Cumin Seeds
  • Ditta: AliBaba
  • Użin : 100g 400g 1kg
  • Dati tad-durabbilita`: BB 30/06/2024 u BB 01/07/2024
  • Oriġini: Indja

Għal aktar informazzjoni idħol fuq il-paġna ta' Facebook HAWN


Kyle Zarb