Ftit xhur ilu tħabbar li Iċ-Ċaqqufa ser ikun qed jerġa' jirritorna fuq TOKIS minn dan ix-xahar! Il-5 staġun ta’ Iċ-Ċaqqufa jirritorna fil-25 ta' Settembru fid-20:40 fuq Tokis stazzjon nru. 100.

It-tim għandu lest għat-telespettaturi aktar karattri ġodda u storja ġdida li ser tkompli tevolvi madwar il-protagonista, Rose DeGiovanni, u l-kast kollu. Madwar siegħa ilu t-tim xtaq jistaqsi lill-pubbliku jekk hemmx xi ħadd interessat li jkun parti mill-għeluq tal-ħames staġun.

Jekk inti tixtieq tkun parti mill-aħħar xena, għandek tibgħat messaġġ fuq il-paġna Iċ-Ċaqqufa stess. Tisma' mingħandhom!


Kyle Zarb