Il-forza tar-riħ qiegħda tagħmel tagħha u ċerti konsegwenzi huma perikolużi għas-sewwieqa b'mod speċjali. Fl-iklin tqaċċtet siġra wkoll u jidher li diversi persuni qed jidhru jressquha min-nofs.

Fuq il-paġna Malta Diżastru Totali ġie ppubblikat ir-ritratt li juri dan, ftit wara li beda jdur ritratt ieħor li juri parti minn siġra li xi sigħat ilu waqgħet fit-triq u tista' tkun ta' periklu għas-sewwieqa. Is-sindku ta' Ħaż-Żabbar appella lill-pubbliku,

"Nitlob lis-sewwieq li deħlin lejn Ħaż-Żabbar biex joqgħodu attenti minn siġra li tqaċċtet parti minnha u waqgħet fil-karreġjata."

Ħudu nota u oqogħdu attenti intom u ssuqu qegħdin fejn qegħdin. Kien hawn twissijiet fl-aħħar jumejn biex jekk mhux għal vera bżonn, il-pubbliku m'għandux joħroġ minħabba l-kundizzjoni tat-temp.


Kyle Zarb