Għaddew tmintax-il anniversarju mill-mewt tat-tarbija Hayley Briffa f'inċident tat-traffiku.

Dakinhar, ommha, Marthese Vella, kienet għaddejja bil-mixi fuq il-bankina minn Triq il-Ħamiema f'Ħal Qormi b'Haley fil-pushchair. Kien hemmhekk li xufier tilef il-kontrol tal-vann li kien qed isuq, tela' fuq il-bankina, u tajjarhom it-tnejn.

Hi u titkellem mal-Professur Andrew Azzopardi f'intervista fuq ir-radju fl-aħħar sigħat, qalet li llum il-ġurnata ma tistax timxi distanzi twal u dejjem sejra għall-agħar. Stqarret li għadha tistenna lil Haley tiġi lura, u li għamlet żmien timmaġina li xi ħadd kien seraqha, speċjalment għaliex waqt il-funeral ta' bintha kienet għadha qed tirkupra fit-Taqsima tal-Kura Intensiva. 

It-tbatija tagħha kompliet tiżdied minħabba l-fatt li l-qrati damu ħafna biex wettqu ġustizzja magħha.

Strieħ fis-sliem, Haley.

Times of Malta, TVM, & Facebook / Marthese Vella


Bradley Cachia