Kate Cassidy hija l-maħbuba tal-kantant Liam Payne, ġuvni li kien jagħmel parti mill-grupp One Direction u li sfortunatament ftit tal-jiem ilu ħalla din id-dinja u ħalla lil kulħadd ixxukkjat. L-għarusa tiegħu Kate tefgħet storja fuq Instagram biex tesprimi dak li qiegħda tħoss.

Hi kitbet, “Grazzi lil kulħadd tal-kliem sbieħ u l-imħabba li bgħattuli. Qed inħossni vera mfixkla, xejn minn dawk l-aħħar jumejn ma ħassejthom reali. Insaqsikom u nitlobkom li ttuni l-ħin u l-ispazju biex ninnaviga dak li ġara b’mod privat. Liam, anġlu tiegħi. Int kollox għalija. Nixtieqek tkun taf li ħabbejtek kompletament u bla kundizzjoni. Se nibqa’ nħobbok għal ħajti kollha. Inħobbok Liam.”

Kliem ta’ qsim il-qalb, diffiċċli mmens nifhmu minn xiex għaddejja Kate bħalissa, u kif ukoll il-bqija tal-familja u l-ħbieb tiegħu, speċjalment it-tifel tiegħu Bear. Inżommuhom kollha fit-talb tagħna.

Instagram / Kate Cassidy u Liam Payne


Gabriella Borg