Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom fuq Facebook, Malta Hotels and Restaurants Association sellmu l-memorja ta’ Terene Cachia li sfortunatament ħalla din id-dinja għal dinja aħjar riċentament.

Huma bdew billi qalu, “l-MHRA tinsab qalba maqsuma minħabba t-telfa ta’ Terence Cachia, eks membru tal-kunsill tal-MHRA kif ukoll eks maniġer f’ Barracuda Restaurant.” Huma komplew billi qalu, “kondoljanzi mill-qalb imorru għall-familja kollha tiegħu u għall-ħbieb. Alla jtieh il-Glorja tal-ġenna.”

Mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari u lill-ħbieb kollha ta’ Terence. Kuraġġ f’dan iż-żmien tant diffiċli. Jistrieh fis-sliem.

Facebook/Tonio Bone


Charlton Cefai