Proprju ftit sigħat ilu tħabbret il-mewt ta' Sr Lucilla Mangion fl-età ta' 92 sena. 

Sr Lucilla qattet aktar minn 50 sena fl-Amerka fejn hemmhekk ikkontribwixxit b'mod partikolari fil-qasam edukattiv.

"Żgur li qatt mhu ħa ninsew l-eżempju sabiħ mimli ferħ li tant kien jiddi minn għajnejk," kitbu ħutha s-sorijiet fuq il-mezzi soċjali, fejn faħħru b'mod partikolari r-relazzjoni mill-qrib li hi kellha ma' Ġesù.

Kienu bosta dawk li sellmu l-memorja tagħha u faħħru b'mod sħiħ il-ħidma li dejjem wettqet tul ħajjitha.

Strieħ fis-sliem, Sr Lucilla!


Cristian Tonna