Kull nhar ta' Ħadd, proprju mid-19 ta' Jannar, tibda l-avventura ta' Big Brother Malta. Programm internazzjonali li se nkunu qed narawh ġewwa pajjiżna għall-ewwel darba u ħafna jinsabu entużjasti biex jaraw x'se jkun qed joffri dan il-programm.
Fuq il-mezzi soċjali tagħhom, il-produtturi kkonfermaw id-data ta' meta se jibda jixxandar dan il-programm. Nistennew li fid-20:50 ħafna nies se jkunu lesti quddiem is-settijiet tat-televiżjoni tagħhom biex jaraw dak li hemm preparat.
Skont it-tim għandna nistennew drama, koas u logħba taħraq li aħna nistennew se tkun fuq fomm kulħadd. Diversi kurżitajiet se jinqatgħu dalwaqt. Il-mistoqsija fuq fomm kulħadd bħalissa hija, min se jkun qed jippreżenta dan il-programm filwaqt li oħrajn kurjużi dwar il-parteċipanti.
Ma fadalx wisq x'nistennew! Int se tkun qed issegwi?