Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħha fuq Facebook, l-artista Maria Luana qasmet mas-segwaċi tagħha kelmtejn dwar ommha li riċentament gradwat.

Hi qalet, “Ommok hi min hi u tagħmel x'tagħmel tkun kburija biha għax hi ommok! Imma din il-mara qatt ma waqfet tissorprendina; definizzjoni ta 'A woman made of steel.' Tistudja, tiggradwa, tlaħħaq magħna u mal-familja, max-xogħol tad-dar u tieħu ħsieb uliedna.”

Kompliet billi żiedet tgħid, “Xtaqt kont nitfa u jkolli l-unur narak tirċievi iċ-ċertifikat f'jum il- gradwazzjoni tiegħek! Il-bambin iżomm idejh fuqek. Grazzi Ma talli int dak li int u ta’ kemm tagħmel l-impossibli possibli. Inħobbuk ħafna u l-papa, jien, oħti u l-familja tagħna kburin bik illum u dejjem!”

Facebook/Maria Luana


Charlton Cefai