L-awtoritajiet qegħdin kontinwament jappellaw għal aktar attenzjoni u responsabbiltà fis-sitwazzjoni li ninsabu fiha. 

Kulħadd xeba’ jisma’ dwar l-importanza li tintlibes maskra kif ukoll iżżomm id-distanza soċjali biex tipproteġi lil ta’ madwarek. Iżda kultant hawn min ma jistax jifhem li dawn mhuma ta’ pjaċir għal ħadd!

Per eżempju li tkun għaddej f’ħanut u tisma’ lil xi ħadd jeħodha kontra min jiġbed l-attenzjoni biex jitħarsu r-restrizzjonijiet huwa nkwetanti. Li persuna titolbok tilbes maskra (bl-edukazzjoni) hi turija li hawn min hu responsabbli. Aktar u aktar fejn jidħlu t-tfal.

“Tista’ tħallieħ? Jekk ma jridx jilbisha ma jilbishiex” - dan huwa kliem li ma tistenniehx. Ħadd mhu ser jaqbdek minn xagħrek biex tilbes maskra int jew uliedek, iżda din xi ħaġa li apparti tista’ teħel multa jekk ma tobdihiex, għandha tiġi minnek bħala rispett għal ta’ madwarek.

Inti rajt xejn esperjenzi bħal din? Ejjew nieħdu ħsieb xulxin u nimxu ma’ li qed jgħidulna l-awtoritajiet.

Google Images/ unsplash.com


Kyle Zarb