Angele Camilleri li taħdem fil-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żabbar qassmet ittra ta' tifla li għad għandha biss 10 snin. Din it-tifla kitbet ittra lil Father Christmas u tgħid hekk:

"Hello Father Christmas, Jien jisimni **** u noqgħod ****. Ħa ngħidlek sigriet, jiena ma nistax nimxi għax twelidt mingħajr saqajn minħabba marda. Għandi 10 snin, tista' jekk jogħġbok iġġibli saqajja! Filkas jekk ma tistax inħobbok xorta. Imma vera niqtieqhom. Inħobbok!"

Ittra li mingħajr ma trid iddawwarlek għajnejk bid-dmugħ. Angele tkellmet m'omm din it-tifla u qaltilha li t-tifla ma tixtiqx prosthetic legs imma kienet qed tirreferi li tkun bħal ħaddieħor! 


Anthony Baldacchino