Is-saħħa mentali kapaċi tgħaddi minn mumenti diffiċli, u hu importanti li nieħdu ħsiebha daqs is-saħħa fiżika. Il-pandemija ngħidu aħna, taf ma tantx għenet biex ikollna moħħna seren, u s-saħħa mentali ta' ħafna ġiet affettwata b'diversi modi.
Id-Dipartiment tal- Informazzjopni għadhom kemm taw tagħrif u ppubblikaw avviż fuq il-midja soċjali dwar kif għandek issib l-għajnuna li għandek bżonn.
"Kont taf li f'uħud miċ-ċentri/kliniċi tas-saħħa jingħata servizz ta’ kura għas-saħħa mentali? Is-servizzi huma b’xejn u jistgħu jinkludu riferiment għal speċjalisti oħra fil-qasam skont is-sitwazzjoni tal-individwu. Jekk għandek bżonn l-għajnuna, ibda billi żżur prattikant ġenerali f’ċentru tas-saħħa jew it-tabib tal-familja tiegħek sabiex tiġi riferut għas-servizzi tas-saħħa mentali."
Jekk tagħfas HAWN għandek issib aktar dettalji dwar kif tista' titlob l-għajnuna jekk għaddej/ja minn mumenti diffiċli mentalment. Kuraġġ!