Lura lejn l-1999, is-sensiela Shelly Rayner kienet fuq fomm kulħadd. Kienet sensiela li ħolqot ħafna kontroversja, iżda l-popolarità tagħha kienet waħda ferm b’saħħitha u fl-2001 inħadem it-tieni staġun ta’ din is-sensiela. Mark Doneo jikkonferma li ż-żewġ staġuni ħa jidhru wara xulxin.
Proprju lbieraħ, fuq ONE TV bdew jintwerew mill-ġdid l-episodji ta’ din is-sensiela. Ta’ Mark Doneo. Fost mill-atturi ta’ din is-sensiela nsibu lil Mark Doneo, Louise Doneo, Lawrence Buontempo, Fabian Scerri De Carlo, Joseph Fenech u Manuel Cauchi, ma’ dawn jingħaqdu wkoll il-mibkijin Gemma Portelli u Mario Ellul.
Ritratt: Facebook / Mark Doneo
Għal dawk li jixtiequ jerġgħu jgħixu l-istorja ta’ Shelly Rayner, karattru interpretat minn Shelley Spiteri, jistgħu jagħmlu dan kull nhar ta’ Ħamis flgħaxija. Fuq post fejn Mark Doneo ħabba li s-sensiela ħa tirritorna kien hemm ħafna kummenti pożittivi. Fost il-kummenti ma naqsux dawk li stqarru li din is-sensiela kienet waħda li tbeżżahom.
Ma ttihomx tort, l-istorja kienet iddur madwar l-għibien ta’ tifla ta’ disa’ snin li spiss kienet tara viżjonijiet ta’ min ikun imissu jinħataf u jinqatel. Wayne Aquilina minn ONE TV qal li ħafna ilhom jistaqsi biex din is-sensiela terġa’ tintwera u jidher li għadha popolari ferm. Min jaf jekk għax hemm lok li tkompli numru ta’ snin wara...
Facebook / Neville Refalo