Wara li l-filmat tal-party li ħafna raw ilbieraħ beda jdur matul il-jum fuq il-mezzi soċjali u fejn fih ġew jidhru grupp ta’ żgħażagħ jiżfnu f’villa għad-daqq tal-mużika minn DJ barrani, intalbet apoloġija aktar kmieni llum.

Kemm id-DJ barrani, kif ukoll ko-fundatur ta' kumpanija lokali xtaq juri d-dispjaċir tiegħu wara dak li ġara u tal-attendenza tiegħu waqt dan il-party. Jifhmu li ma kellux isir dan minħabba li kien ta' riskju kbir fis-sitwazzjoni preżenti. Il-pulizija għadhom qed jinvestigaw dak li sar u anke fejn inkissru r-regoli. Fl-istess waqt il-ko-fundatur saħaq li l-kumpanija lokali ma kellha x'taqsam xejn mal-ospitazzjoni u l-organizzazzjoni ta' dak il-briju li ntwera fil-filmat.

L-apoloġija saret ukoll biex jintqal biċ-ċar li dan mhux ħa jerġa' jiġri. 


Kyle Zarb