Pittura tassew partikolari nstabet midfuna f'ċimiterju ġewwa l-istat ta' Alabama, fl-Istati Uniti.

Il-pittura turi kelb qed iħares 'il fuq lejn xi forma ta' dawl. M'hemm l-ebda indikazzjoni ta' min kien il-pittur li krea din l-opra artistika, però bħalissa bosta studjużi qed jaħdmu flimkien bit-tama li jaslu għal konklużjoni dwar dan.
L-istudjużi tal-arti qed jirreferu għal din il-pittura bħala Doonie's Divine Ascension, u jemmnu li tmur lura għal nofs is-seklu li għadda. L-isem Doonie huwa isem il-kelb tal-persuna li sab din il-pittura midfuna taħt l-art, li inzerta huwa tal-istess razza bħall-kelb li jidher fil-pittura!
Kienu ħafna dawk li faħħru l-ġmiel ta' din il-pittura. Sadanittant, għad hemm ħafna kurżitajiet li għad trid tinstab tweġiba għalihom.
AL.com