Dorian Cassar, preżentatur kemm fuq programmi tar-radju u tat-televixin illum qasam il-messaġġ ħelu li qal lil oħtu Alexia f’jum għeluq sninha fuq il-midja soċjali tiegħu. Huwa ferħila tant f’dan il-jum speċjali għaliha hekk kif qalilha “nixtieqlek l-aħjar affarijiet li l-ħajja tista’ ttik. Inħobbok ħafna.”

Ovvjament l-aħwa jħobbu jaqbdu xi ftit ma’ xulxin, u Dorian ma naqasx milli għamel eżatt hekk, u talabha għall-flus ta’ rigal li kien xtralha meta kienet fil-year 3! Xi ħlew.


Nicole Zammit