Iċ-ċkejkna mudella Francesca Rausi tinsab lesta għall-istaġun tal-baħar; is-sajf. Jidher li Francesca tħobbu ħafna s-sajf u l-hena tagħha tgħum tant li mill-età żgħira ta' 3 xhur, diġà kienet tiġġennen għall-baħar. F'ritratt ħelu li ttella' fuq il-profil ta' ommha Michelle, Francesca tassew tirbaħ it-titlu ta' mudella għal darb'oħra.

Iżda Francesca hija tifla li dejjem tgħallimna; tfakkarna li mhux biss għandna nibżgħu minn dak li jiġri fil-mument bħall-pandemija Covid-19, iżda anke issa li wasal żmien il-baħar, għandna noqogħdu dejjem attenti mix-xemx. Brava Francesca! Nammirawk dejjem!

Ritratt: Facebook/ Michelle Rausi


Clifford Galea