Jidher li f'xi rħulha ħa jkun hemm toroq li fihom ma jistgħux jgħaddu jew jiġu pparkjati karozzi. Din kienet imħabbra minn Local Councils Association, fejn qalet li rħula bħaż-Żejtun, Ħad-Dingli, Żurrieq, Mqabba u Safi, għandhom ikollhom dawn iż-żoni fejn għal perjodu ta' żmien, karozzi ma jistax ikun hemm. 

Dan kien ispirat f'Mejju 2020 waqt il-pandemija wara li diversi toroq u żoni kienu vojta min-nies u mill-karozzi. Ir-raġuni kienet li n-nies ma bdewx joħorġu, u kien hemm probabiltà li dak li jkun anke daħħal il-karozza tiegħu fil-garaxx. L-iskop huwa li jkun hemm inqas traffiku u fl-istess ħin iħeġġu lis-sewwieqa biex inaqsu l-użu tal-vetturi, speċjalment meta d-distanza tkun waħda qasira.

Din id-deċiżjoni ħolqot kontroversja hekk kif dawk li joqogħdu fl-irħula msemmija ħassew li ħajjithom qed tkun ristretta b'dan il-mod. L-użu tal-karozza sar bżonn u skont diversi persuni li kkummentaw dwar dan, qalu li din is-sistema se ġġib aktar lok għal bini, kostruzzjoni u traffiku fit-toroq.

Dawk favur l-ambjent u li huma konxji tal-ammont ta' vetturi u tniġġis fl-arja, qalu li din hi sistema ideali u benefiċċjali għal kulħadd. Jisħqu li din hi xi ħaġa li għandha tiġi applikata fl-irħula kollha għada pit'għada.

Int x'taħseb?

Facebook/ Pancrazio Grech


Kyle Zarb